Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) fi stqarrija esprima tħassib serju għal numru ta’ inċidenti li ġraw dan l-aħħar li nvolvew it-tnedija ta’ numru ta’ proġetti hekk kif il-gvern ċentrali qiegħed b’mod dirett jeskludi lil Viċi Sindki u Kunsilliera milli jkunu preżenti waqt il-ftuħ ta’ proġetti fil-lokalita, xiehda oħra li il-Kunsilli qegħdin jingħataw il-ġenb.
Din l-attitudni da parti tal-gvern turi disrispett kbir lejn il-ħidma tal-Viċi Sindki u l-Kunsilliera u tkompli sservi ta’ xhieda ta’ kemm dan il-gvern iħoss ruħu skomdu fil-presenza tal-Kunsilli Lokali, jgħid il-KKLPN.
Bħala rappreżentanti eletti tal-poplu l-Viċi Sindki u Kunsilliera għandhom mhux biss id-dritt iżda saħansitra id-dmir li jkunu preżenti fil-ħidma kollha tal-Kunsill rispettiv tagħhom u għaldaqstant għandhom ikunu mistiedna għal kull inizjattiva li fiha l-Kunsill Lokali rispettiv ikollu parti.
Dan ghaliex kien hemm kazijiet fejn anke waqt press conferences mill kunsill stess il kunsilliers ma kinux mistiedna jew ma kinux mistiedna kollha.
Il-KKLPN fl-istqarrija qal li jispera li din l-attitudni ta’ disrispett assolut mhijiex parti mir-‘rivoluzzjoni siekta’ li dwarha tkellem is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo riċenti.
//= $special ?>