Internazzjonali

L-Amerikani jivvutaw fil-Mid-Term

L-Amerikani qed jivvutaw fl-elezzjonijiet magħrufa bħala Mid-Term. Elezzjonijiet li swew mat-$3.67 biljun – l-aktar votazzjoni fuq dan il-livell li qatt swiet flus u qed jitqiesu bħala referendum dwar it-tmexxija tal-President Barack Obama.

Mhux probabbli li l-Kamra tar-Rappreżentanti, b’maġġoranza Repubblikana, tintrebaħ mid-Demokratiċi. Fl-istess ħin, l-attenzjoni kollha hi fuq is-Senat fejn ir-Repubblikani jeħtieġu jirbħu biss sitt siġġijiet biex jieħdu l-kontroll u bekk ikollhom il-kontroll totali tal-Kungress.