Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum niżlu drastikament wara li l-Għarabja Sawdita, bla mistenni, raħset il-prezz taż-żejt mibjugħ lill-Istati Uniti.
Id-deċiżjoni tal-Għarabja Sawdita biex traħħas il-prezzijiet qed tkun riflessa fiż-żieda ta’ prezzijiet fl-Asja u s-suq hu aktar imħasseb dwar kemm is-Sawditi jistgħu jaslu biex jipproteġi s-sehem tas-suq tagħhom.
Sadattant il-Kummissjoni Ewropea naqset it-tbassir fit-tkabbir għaz-zona ewro. L-investituri jinsabu mħassba dwar l-industrija taż-żejt fl-Istati Uniti fid-dawl ta’ tkabbir bil-mod u prezzijiet baxxi. Uħud qed jinkwetaw li prezzijiet taż-żejt baxxi jistgħu jagħmlu ħsara lill-produtturi Amerikani li huma dipendenti fuq prezzijiet għoljin sabiex jagħmlu profitt.
It-tnaqqis fil-prezz ukoll wassal biex niżlu r-rati tal-ishma ta’ ditti tal-enerġija u dan irriżulta fi tnaqqis fit-tliet indiċi tal-ishma Amerikani.
//= $special ?>