Lokali

L-ISPLUŻJONI FIŻ-ŻURRIEQ: Cameras tas-sigurtà jistgħu jkunu fundamentali għall-investigazzjoni

“Smajna tliet blasts f’daqqa u ħriġna mid-dar niġru. Għall-ewwel ħsibniha kamra tan-nar. Kull ma rajna kienet daħna kbira”. Dawn kienu l-kummenti li tawna persuni li joqgħodu fi Vjal il-Blue Grotto iż-Żurrieq u li dalgħodu qamu maħsuda bil-bomba li tpoġġiet mad-dar tal-familja Azzopardi.

Din l-ispluzjoni faqgħet il-bieb tal-garaxx tad-dar fejn joqgħod l-Ispettur Geoffrey Azzopardi. Tkissru ukoll il-ħġieġ tat-twieqi fl-ewwel sular.

Sat-8am kienu għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet fil-post fejn seħħet din l-isplużjoni. Jidher li l-investigaturi se jkunu qed janalizzaw filmati li nġibdu minn cameras tas-sigurta’ li hemm mal-istess faċċata, fuq il-garaxx. Dawn jistgħu joffru filmati li jitfgħu ħjiel fuq il-persuna jew persuni li poġġew il-bomba, kif tpoġġiet, kif ġiet trasportata, u dettalji oħra kruċjali fl-istħarriġ li qed isir.

(Ritratti: Chris Schembri Baldacchino)