Lokali

L-ISPLUZJONI FIŻ-ŻURRIEQ: Il-Kap tal-Oppożizzjoni jżur lill-vittma, il-PN jikkundanna l-attakk

Dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iltaqa’ mal-vittma li tpoġġiet bomba mad-dar tiegħu fiż-Żurrieq, fejn esprima s-solidarjeta’ sħiħa miegħu. Simon Busuttil tkellem mal-Ispettur Geoffrey Azzopardi, u esprima l-appoġġ kollu tiegħu lill-familja Azzopardi f’dan il-mument diffiċli.

L-Ispettur Azzopardi jidher fil-lemin ta’ dan ir-ritratt, liebes xorts.

Fil-post waslu ukoll id-deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina u Jason Azzopardi.

Sadanittant, anke l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija kkundanna dan l-attakk, filwaqt li qal li jinsab maħsud bl-aħbar. Il-PN qal li dawn it-tip ta’ attakki mhumiex aċċettabbli f’soċejtà demokratika.