Lokali

IL-BOMBA FIŻ-ŻURRIEQ: l-ewwel kummenti ta’ Geoffrey Azzopardi

Il-ġurnalist ta’ Media Link Communications Joe Mikallef dalgħodu ħa l-kummenti tal-Ispettur Geoffrey Azzopardi li safa vittma ta’ bomba li tpoġġiet mal-faċċata tad-dar tiegħu. L-Ispettur Azzopardi jitkellem fost l-oħrajn dwar dak li għaddiet minnu l-familja tiegħu.

L-intervista sħiħa ma’ Geoffrey Azzopardi se tidher illejla fil-programm NEWSFEED fuq Net TV, eżatt wara Net News. Fl-istess programm se tkun qed issir diskussjoni bis-sehem ta’ diversi esperti, sabiex inkomplu nanalizzaw din l-istorja li tista’ titqies bħala l-aħbar prinċipali tal-ġurnata.

Ritratt: Martin Agius