[headlines headline=”h3″ ]Tikkritika lill-Gvern li għadu ma wettaqx il-wegħda importanti li jindirizza l-ġerħa tal-prekarjat[/headlines]
Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia appellat fil-Parlament illejla, li meta l-Parlament ikun qed jilleġiżla, u dan ukoll b’rabta mal-liġi li qed tiġi diskussa dwar il-finanzjament tal-partiti, ikun ċert li dak li jkun qed jilleġiżla jkun ġust.
Meta tkellmet fil-ħin tal-aġġornament, id-Deputat Laburista qalet li anke f’dak il-kuntest (dak li qiegħed il-Parlament jilleġiżla b’rabta mal-finanzjament tal-partiti) irridu nitilqu minn punt li l-Parlament imexxi bl-eżempju, u sostniet li dak kollu li ngħaddu rridu nibbażawh fuq dak li hu fair.
Id-Deputat Laburista għamlet dan l-appell meta kienet qed tirreferi għal ħafna liġijiet li jkunu diskussi fil-Parlament biex jirregolaw kull attività f’dan il-pajjiż, minn dik ta’ negozju, politika, jew li tħalli impatt fuq il-ħajja tal-bniedem.
Hawnhekk, Marlene Farrugia appellat li jkun tajjeb li nieqfu u naħsbu jekk fuq quddiem tal-ħsieb ta’ kull liġi, aħniex inżommu fuq quddiem nett il-kunċett ta’ fairness, u jekk inkunux qed inżommu l-aktar il-bżonnijiet immedjati, għax fissret li qajla naħsbu kif l-effett se jkun fuq il-ġenerazzjonijiet futuri.
Marlene Farrugia kompliet tenfasizza l-argument tal-fairness u qalet li ebda liġi ma treġi fuq l-argument li qabel sar hekk, u għaldaqstant nistgħu nagħmlu l-liġi li nagħmlu, fuq il-bażi għax hi naqra aħjar.
Id-Deputat Laburista appellat li llum il-ġurnata, f’dan il-Parlament għandna niffukaw fuq dak li hu ġust – għax dik hi r-realtà li titlob minnha – li nkunu ċerti li dak li nilleġiżlaw ikun ġust. Saħqet li fl-ebda ħin u mument ma niġġustifkaw liġijiet li jistgħu jkunu ferm aħjar għaliex xi darba sar agħar.
Dwar il-Baġit li l-Gvern Laburista se jressaq dalwaqt, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia wkoll għamlet l-appelli tagħha lill-Gvern, fosthom biex jindirizza l-problema tal-prekarjat u jwettaq il-wiegħda elettorali li għamel il-Partit Laburista fuq ix-xogħol prekarju.
Fissret li l-Baġit mhux il-ktieb b’ħafna numri li jiġu quddiem il-Parlament biex jispjegaw kemm intefqu aktar fuq settur u ieħor. Awgurat li mhux dan il-ftaħir tal-Gvern tara f’dan il-Baġit, iżda baġit, li jagħti rendikont tal-valur tal-flus minfuqa. Appellat ukoll lill-Gvern juri li mhux kemm jonfoq jgħodd, iżda fejn u kif se jkun qed jinvesti flus il-poplu biex nagħtuh l-aħjar possibbli.
Kompliet tappella lill-Gvern li l-aktar ħaġa li l-pajjiż għandu bżonn illum hu li nindirzzaw il-ġerħa tal-prekarjat. Fissret li għad hawn ħafna familji u ħaddiema, ħafna nisa, li jaħdmu taħt kundizzjonijiet li ma jixiriqilhomx u b’pagi bi ħlas mhux xierqa.
Staqsiet għalfejn il-Gvern għadu ma ndirizzax is-sitwazzjoni tal-prekarjat, u kompliet li l-poplu qed jistaqsi x’qiegħed jipproteġi lil dawn in-nies li qed imexxu l-prekarjat.
Marlene Farrugia, filwaqt li kkritkat lill-Gvern Laburista li għadu ma solviex din il-ġerħa, appellat biex fil-baġit ikun assigurat li t-tqassim tal-ġid ikun tali li ma jitħalliex il-prekarjat jibqa’, għax jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata, il-Partit Laburista jkun qed jonqos mill-akbar wiegħda li għamel lill-poplu.
Fil-bidu tad-diskors tagħha, Marlene Farrugia esprimiet is-sogħba u s-solidarjetà tagħha għal dak li seħħ fuq l-Ispettur Azzopardi, u fissret li inċident bħal dan jitfa’ aktar dawl fuq kemm iż-żamma tal-ordni fil-pajjiż tista’ tkun mhedda minn xi ħadd kriminali u beżżigħ.
Appellat li l-akbar arma kontra dan it-tip ta’ terroriżmu mhux biss li nkunu solidali ma’ xulxin, iżda anke billi s-soċjetà ċivili tgħin fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.
//= $special ?>