Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet talba b’mod proviżorju minn kumpanija li tixtri u tbiegħ metall għall-iscrap, biex id-Direttur Ġenerali tad-Dwana ma jipproċediex b’irkant ta’ 88 tunellata ta’ ramm li kien ħareġ permezz ta’ sejħa għall-offerta. Dan ir-ramm b’kollox għandu valur ta’ €400,000 bil-kumpanija D.D.E. Attard Limited tagħmel din it-talba kontra d-Direttur tad-Dwana.
Il-kumpanija li hija operatur fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart, qalet li hija ma tħallietx milli b’mod l;iberu titħalla tara l-oġġetti li kienu se jinbiegħu f’tender li kien sar minn naħa tad-Dipartiment tad-dwana. Dan kollu seħħ wara talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni li kienet iffirmata mill-Avukati Franco Debono u John Bonello u biex ma jitħallewx jinbiegħu seba’ lottijiet ta’ ramm aħmar, li jiżen b’kollox mat-88,000 kilo.
Il-kumpanija qalet li hija marret fl-imħażen tal-Marsa biex tispezzjona l-oġġetti għal bejgħ, u tħallietx tagħmel dan,u minflok tawh kampjun żgħir. Wara li sar test fuq il-kampjun, instab li dan kien ta’ valur ferm anqas, fejn kien ramm isfar, meta suppost dan kellu jkun ramm aħmar.
Il-kumpanija qalet li dan il-fatt, flimkien mal-fatt dan ma jagħti ebda dritt li wieħed jispezzjonah, qed jippreċudika d-drittijiet tal-kumpanija D.D.E. Attard Ltd u kien għalhekk li saret it-talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni.
//= $special ?>

