AĠĠORNATA (3)
Kamra f’razzett qrib il-Buskett, limiti tar-Rabat, inħakmet minn nirien qawwija. Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll Pulizija.
Dan is-sit hu nfurmat illi fil-kamra kien hemm xi oġġetti tal-plastik.
Għalkemm kien hemm rapporti li n-nirien infirxu wkoll lejn xi serrer li hemm fil-viċinanzi, dan ma kienx il-każ.
S’issa mhux ċar jekk hux se tinfetaħ inkjesta jew le dwar dan il-każ.
//= $special ?>