Lokali

Se jiżdied is-sussidju għat-trasport pubbliku… €23 miljun is-sena d-dieħla

[headlines headline=”h3″ ]Il-Ministru Joe Mizzi ma jgħidx jekk il-prezz tal-biljetti hux se jgħolew [/headlines]

Is-sena d-dieħla l-Gvern se jżid is-sussidju għat-trasport pubbliku biex ikun ilaħħaq is-somma ta’ €23 miljun.

Dan ikkonfermah il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi waqt li kien qed jitkellem fuq il-programm ‘Times Talk’.

Mistoqsi jekk il-prezz tal-biljetti tat-trasport pubbliku hux se jiżdied, il-Ministru Mizzi rrifjuta milli jwieġeb filwaqt li qal li l-biljetti se jkunu “affordabbli”. Qal li aktar informazzjoni se tkun qed tingħata ladarba jkun iffirmat il-kuntratt fil-ġimgħat li ġejjin.