Lokali

Sospiż is-servizz online tar-Riforma dwar il-Gwardjani Lokali

L-awtoritajiet iddeċidew li jissospendu s-servizz online tar-riforma dwar il-gwardjnai lokali. Il-pubbliku li kien imħeġġeġ juża dan is-servizz biex jikseb informazzjoni dwar din ir-riforma issa qed isib li dan is-servizzi hu maqtugħ u ma jiffunzjonax.

Kulmin jidħol fis-sit www.riformagwardjanilokali.com se jsib nota li tgħidlu li s-servizz hu sospiż. Maltarightnow.com jista’ jikkonferma li dan il-qtugħ ma sarx mill-operatur tas-servizz iżda mill-awtoritajiet.

Ir-riforma dwar il-gwardjani lokali tnediet fi Frar li għadda mis-Segretarju Parlamentari Jose Herrera f’attivita’ li għaliha kienu mistiedna s-sindki kollha. F’reshuffle tal-Kabinett, is-Segretarju Parlamentari Herrera ma baqax responsabbli mill-kunsilli lokali u dawn għaddew taħt ir-esponsabbilta tas-Segretarju Parlamnetari Stefan Buontempo.

Dakinhar il-gvern kien nieda process ta’ konsultazzjoni dwar din ir-riforma li fost l-ohrjan kien qed jipproponi bidliet fil-mod kif joperaw il-gwardjani lokali. Min-naha tal-PN dawn il-proposti u l-white paper kienu trattati b’serjeta tant li saru prezentazzjonijiet u anki tressqu diversi proposti ghal titjib fuq dak li hemm propost.

Mhux magħruf x’wassal għal din is-sospensjoni tas-servizzi Online dwar ir-riforma tal-gwardjani lokali.