Internazzjonali

Truppi Libjani jitkeċċew mir-Renju Unit

 

Truppi Libjani li kienu fir-Renju Unit għat-taħriġ intbagħtu lura pajjiżhom minħabba sensiela ta’ rapporti li kienu involuti f’attakki sesswali fuq nisa.

F’Lulju aktar minn 300 suldat Libjan kienu ntbagħtu lejn il-bażi ta’ Bassingbourn f’Cambridgeshire bħala parti mill-ħidma Ingliża biex jgħinu lill-Gvern Libjan. B’kollox xi ħames suldati ntbgħatu lura d-dar.

Sadattant vapur intlaqat mill-bombi waqt il-ġlied qalil li qed jaħkem il-port ta’ Bengażi.

L-ewwel rapporti kienu qed isostnu li kien hemm tanker taż-żejt li ntlaqat imma aktar tard irriżulta li dan kien bastiment tal-Qawwa tal-Baħar Libjana li intlaqat minn missila.

L-agħar ġlied tat-Tlieta kien lokalizzat fid-distrett ta’ Sabri u f’bażi navali madwar għaxar kilometri bogħod mill-port ewlieni.