Internazzjonali

Truppi Ukreni ordnati jmorru fi bliet prinċipali

Il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko ordna rinforzi tal-armata fi bliet prinċipali fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-pajjiż f’każ ta’ xi offensiva militari ġdida mis-separatisti favur l-unjoni mar-Russja.

Il-President Poroshenko qal li taqsimiet militari ntbagħtu biex jipproteġu l-ibliet ta’ Mariupol, Berdyansk, Kharkiv u zona fit-Tramuntana tar-reġjun ta’ Luhansk.

Il-President Ukren qal li hu jinsab impenjat lejn il-proċess ta’ paċi kurrenti iżda ppropona li jħassar parti importanti mill-pjan. Il-proċess ta’ paċi tfassal fi ftehim għal waqfien mill-ġlied li kien iffirmat fil-5 ta’ Settembru.