Ewropa Internazzjonali Unjoni Ewropea

Twaqqaf referendum simboliku

Il-Qorti Kostituzzjonali fi Spanja llum waqqfet milli jsir referendum simboliku għall-indipendenza, ippjanat mir-reġjun għani tal-Katalunja biex isir nhar il-Ħadd. L-azzjoni saret fuq talba tal-gvern ċentrali Spanjol. Il-gvern reġjonali Katalan, f’nofs Ottubru, kien waqqa’ pjani għal referendum uffiċjali li ma jorbotx, u bidlu b’vot simboliku wara li l-qorti wkoll issospendiet dak il-vot.