Iċ-Champions tas-Super League Ċiniż Guangzhou Evergrande ippreżentaw uffiċjalment lil Fabio Cannavaro bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.
L-eks difensur ta’ Real Madrid u Juventus li kien parti mill-istaff tekniku ta’ Al Ahli, se jkun qed jieħu t-tim mingħand Marcello Lippi li issa nħatar direttur tekniku ta’ Evergrande.
Cannavaro lagħab taħt Lippi meta dan kien kowċ nazzjonali tal-Italja u rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-2006.
Din hi l-ewel darbali Cannavaro nħatar bħala head coach.


