Inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-7:25am ikkawża konġestjoni sħiħa dalgħodu fiċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-inċident kienu nvoluti xejn anqas minn erba’ karozzi.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li fi Triq San Ġorġ San Pawl il-Baħar seħħew żewġ ħabtiet fl-istess ħin. Dan wassal biex parti mit-triq kellha tiġi magħluqa.
Fil-post waslu wkoll il-Pulizija.
//= $special ?>

