Lokali

Aġġornata b’Filmat itwal: Jinqabad fil-fatt! Jitfa’ l-aċtu fuq karozza u jibqa’ għaddej

Aġġornata b’aktar filmati u ritratti

Dan il-filmat meħud minn kamera tas-sigurta’ juri raġel mhux magħruf għaddej minn Triq Santa Liena f’Bormla u jivvandalizza karozza pparkjata.

Ir-raġel, li jidher liebes barnuża, jidher miexi fejn f’ħin minnhom, jersaq qrib il-karozza tal-vittma, jivvandalizzaha u jkompli miexi. Fuq Facebook il-vittma talbet lill-pubbliku biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija jekk jagħraf min hu r-raġel fil-filmat.

Sid il-karozza tkellmet ma’ MaltaRightNow u qalet li l-persuna tefgħet l-aċtu fuq il-karozza, kif anke’ jidher f’dawn ir-ritratti li qed nippubblikaw.

Il-mara, sid il-vettura tissuspetta li r-raġel fil-filmat tqabbad minn xi ħadd: “Min għamilha, għamilha b’vendikazzjoni u kien jaf fejn qegħda pparkjata.” Żiedet tgħid li “qatt m’għamilt ħsara lil ħadd… probabbilment għira u ġie mqabbad minn xi ħadd ieħor.”

Qalet li l-Pulizija għandhom kopja tal-filmat u li qed jinvestigaw.

33

11

22

44