L-aġir tal-Gvern ta’ Joseph Muscat ma jagħmilx ġieħ lil soċjetà ħielsa u demokratika li suppost ngħixu fiha. Fil-Parlament, ilbieraħ assistejna għal episodju ieħor minn din is-sensiela ta’ gideb u ħabi tal-Gvern ta’ Muscat.
Fi stqarrija, il-Partit nazzjonalista qal li mhux aċċettabbli li Ministru ta’ Gvern ma jagħtix informazzjoni dwar safar li tħallas bil-flus tal-poplu Malti u Għawdxi.
Kif jgħid il-Malti, ma min rajtek xebbaħtek, qal il-PN, li sostna li l-Ministru għal Għawdex għamel eżatt bħalma qed jagħmel il-Prim Ministru Muscat, li min-naħa tiegħu qed jaħbi mill-pubbliku l-kuntratt iffirmat mal-Electrogas, il-ftehim iffirmat mal-Gvern Ċiniż u l-kuntratt iffirmat ma’ Henley & Partners.
Sfortunatament, illum il-kelma “trasparenza” saret biss ċajta, sostna l-PN.
//= $special ?>