Internazzjonali

Ġlied kbir qrib il-moskea Al-Aqsa f’Ġerusalemm

Pulizija Iżraeljani tqabdu kontra Palestinjani li kienu qed jitfgħu l-ġebel ġewwa l-bini li jospita l-moskea Al-Aqsa f’Ġerusalemm, ilbieraħ. Dan wara li estremisti Lhud ħabbru pjani sabiex iżuru s-sit minkejja ġimgħat ta’ tensjoni.

Il-bini, li hu kkunsidrat qaddis kemm mil-Lhud kif ukoll mill-Musulmani, hu wieħed mill-aktar siti sensittivi fil-Lvant Nofsani.

Dan il-post kien iċ-ċentru ta’ konfront frekwenti f’dawn l-aħħar xhur, l-aktar minħabba l-biża’ u t-tħassib tal-Palestinjani li Iżrael kien se jħalli t-talb isir f’dan is-sit.