Futbol Sport

Il-FIFA testendi s-sopensjoni ta’ Tavecchio

Il-FIFA ddeċidiet li testendi l-piena li ngħatat mill-UEFA lill-President tal-FA Taljana (FIGC) Carlo Tavecchio mill-UEFA.

Tavecchio li għandu 71 sena, nħatar President tal-FIGC f’Awwissu minkejja li kien taħt kritika talli għadda rimarki razzisti waqt il-kampanja elottorali tiegħu.

Il-kummenti kien rappurtart li kienu relatati ma’ plejers mhux mill-Unjoni Erwropeja li kienu qed jilagħbu fis-Serie A.

Aktar tard Tavecchio talab skuża u l-FIGC għażlet li ma tieħux passi kontrih.

Madankollu l-UEFA fetħet investigazzjoni dwar dan u ġie deċiż li ma jitħalla jieħu ebda pożizzjoni bħala uffiċjal fil-UEFA għal perjodu ta’ sitt xhur.

Il-FIFA lbieraħ ħabbret li kienet se tirrikonoxxi d-deċiżjoni tal-UEFA li jfisser li Tavecchio hu ineliġibbligħal kwalunkwe kariga fi ħdan il-FIFA matul l-istess perjodu.