Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-ġurnali li ħarġu llum l-Erbgħa, 5 ta’ Novembru

IN-NAZZJON jirrapporta l-aħħar żviluppi dwar l-isplużjoni tal-bieraħ fiż-Żurrieq, fejn jidher li l-Pulizija għandhom filmati ta’ vann li inqabad mis-CCTV cameras.

THE TIMES tgħid illi l-Pulizija ftit għandhom ħjiel dwar il-mottiv wara l-bomba li tpoġġiet mad-dar tal-ispettur Geoffrey Azzopardi.

L-ORIZZONT jgħid illi ġurnata qabel l-isplużjoni, l-Ispettur Azzopardi kien għadu f’residenza oħra fil-Mellieħa.

THE MALTA INDEPEDENT jirrapporta illi fil-passat l-ispettur Azzopardi kien investiga diversi każi ta’ kriminali magħrufa.

MALTA TODAY tirrapporta kif il-PN qed jitlob spjegazzjoni tar-raġuni għaliex il-Gvern qed jinnegozja ma’ żewġ kumpaniji li esprimew interess fil-liċenzja ta’ Casino, meta l-Unit tal-Privatizzazjoni kien diġa’ għażel l-aħjar offerta minn fost dawn it-tnejn.