Il-Ministru Michael Farrugia kien pront ħareġ stqarrija biex jgħatti xturu wara li l-Oppożizzjoni kixfet iż-żidiet kbar fil-ħlasijiet tal-kera li qed ikollhom iħallsu familji vulnerabbli għall-akkomodazzjoni soċjali.
Fi stqarrija f’isem Clyde Puli l-Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, iżda, konvenjament, Michael Farrugia m’għamel l-ebda referenza għal din l-aħbar, xhieda ta’ kemm l-argument tal-Oppożizzjoni huwa wieħed korrett u b’saħħtu. Huwa skandaluż li l-Gvern, li qed jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb, jgħolli dawn il-kirjiet b’ammonti esaġerati.
Minn naħa l-oħra, Michael Farrugia ħass li kellu jitkellem dwar il-faqar, u hawnhekk ukoll, Farrugia żbalja u ma qalx il-verità. Kien il-Partit Laburista stess li fil-programm elettorali f’Marzu 2013 qal li n-numru ta’ persuni fir-riskju ta’ faqar kien ta’ 88,000. Minn dakinhar, skont l-istatistika, n-numru ta’ nies fir-riskju tal-faqar tela’ għal 99,000.
Taħt Gvern Laburista, mhux talli dawk f’riskju ta’ faqar ma spiċċawx, iżda dawn żdiedu. B’miżuri bħal din taż-żieda fil-prezzijiet tal-kera tal-akkomodazzjoni soċjali, dawk f’riskju ta’ faqar jiżdiedu jistgħu mhux jonqsu.
//= $special ?>
