Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal fil-Parlament li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma weġibx għas-sensiela ta’ mistoqsijiet li ressaq b’rabta mal-proġett għall-bini ta’ power station ġdida li mhux se jlesti sa Marzuli ġej, u dwar il-politika ta’ dan il-Gvern dwar l-enerġija.
Il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni tressqu lill-Gvern wara li l-Prim Ministru temm jaqra stqarrija dwar il-konklużjonijiet tax-xogħol tal-Gvern Malti fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, kif ukoll dwar iż-żjara li għamel il-Prim Ministru Muscat f’Singapore, ix-xahar li għadda.
Il-mistoqsijiet li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni kenu marbuta mas-settur importanti tal-enerġija. Mistoqsjsiet oħrajn lill-Prim Ministru saru fost l-oħrajn mill-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, Mario de Marco u Beppe Fenech Adami.
Fil-mistoqsijiet, il-Prim Ministru kien mitlub ikun ċar u speċifiku bit-tama li jkun hemm risposti li l-Oppoizzjoni ilha tistenna spjegazzjoni u risposti mill-Gvern, l-aktar b’rabta mal-poblemi li nqalgħu fin-negozjati b’rabta mal-proġett ta’ bini ta’ power station ġdida, kif ukoll b’rabta mal-involviment tal-Prim Ministru f’konferenzi li qed jattendi għalihom u organizzati minn Henley & Partners, il-kumpanija li qed tbigħ il-passaporti u ċ-ċittadinanza tal-poplu Malti.
B’rabta mal-proġett ta’ bini ta’ power station ġdida, il-proġett tal-interconnector, it-tkomplija ta’ dan il-Gvern fl-użu tal-Heavy Fuel Oil (HFO) fl-impjant tal-BWSC, liema HFO kien qal li hu fabbrika tal-kanċer li joqtol in-nies, il-Prim Ministru wieġeb b’mod ġeneriku ħafna u f’każi oħrajn, injora għalkollox il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.
Għal mistoqsija diretta biex il-Prim Ministru jgħid x’inhuma eżattament il-problemi li nqalgħu biex il-power station li wiegħed lill-poplu li se jibni sa Marzu li ġej għadha lanqas bdiet tinbena, il-Prim Ministru qal li n-negozjati għadhom għaddejjin bejn it-tliet partijiet involuti fin-negozjati.
Għal darb’ora, il-Prim Ministru naqa sli jagħti timeline dwar kif se tinbena l-power station il-ġdida hekk kif baqa’ biss erba’ xhur minn meta dan il-proġett ried jitlesta minn dan il-Gvern kif wiegħed fil-kampanja elettorali. Il-Prim Ministru kien mistoqsi jgħid x’qed iżommu li jaqleb għal fuel ieħor biex ma jibqax juża l-HFO kif wiegħed li se jagħmel b’sempliċi switch.
Simon Busutil talab mill-ġdid lill-Prim Ministru jkiun trasparenti mal-poplu, ma jaħbix mill-poplu, u jippubblikku l-ftehim li ffirma mal-Electrogas u mal-Gvern Ċiniż.
Il-Prim Ministru kien mitlub ukoll jispjega l-utilità tal-interconnector mal-kontinent Ewropew meta dan il-Gvern qed jibni power station oħra u l-kumpanija Ċiniża se żżomm ukoll l-impjant tal-BWSC li xtrat mingħand il-Gvern.
Il-Prim Ministru wieġeb dwar dan li l-politika tal-Gvern fis-settur tal-enerġija hi li jkollu mix ta’ alternattivi.
Iżda naqas ukoll li jwieġeb dwar kif il-Gvern qed jiffinanzja r-roħs fit-tariffi meta kien qal li r-roħs jiġi mid-depożitu tal-konsorzju li se jirċievi l-Gvern, u mill-effiċjenza fil-produzzjoni tal-enerġija li trid tiġi mill-impjant il-ġdid li għadu lanqas beda jinbena.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Enerġija, George Pullicino, irrimarka qabel ma’ għamel għadd ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru, li l-Gvern qed jagħmel din l-istqarrija fin-nuqqas tal-preżenza tal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, u tal-Ministru responsabbli mit-tibdil tal-Klima, Leo Brincat, bil-Prim Ministru jwieġeb li dawn jinsabu barra fuq xogħol u kien kapaċi jwieġeb hu f’isimhom.
Fost il-kelliema tal-Gvern li ressqu mistoqsijiet lill-Prim Ministru, kien hemm id-Deputat Laburista Carmelo Abela, li hu l-Kelliem uffiċjali tal-Gvern u li jirċievi salarju ta’ €58,000 mill-ħidma li jwettaq fil-Parlament u bħala Kelliem Uffiċjali tal-Prim Ministru.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrimarka mal-Ispeaker, li bħala Kelliem uffiċjali tal-Gvern u tal-Prim Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stess, Carmelo Abela għandu jwieġeb il-mistoqsijiet u mhux jagħmilhom.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, talab lill-Ispeaker jinvestiga rrimarki tal-Kap tal-Oppożizzjoni għaliex fisser li fil-leġiżlatura li għaddiet, l-Oppożizzjoni li llum hi fil-Gvern, ma kinitx tħalli lill-Assistenti Parlamentari tal-Gvern iressqu mistoqsijiet lill-Ministri li magħhom l-Assistenti kienu assenjati.
Mistoqsijiet oħrajn saru mid-Deputati Nazzjonalisti Charlo Bonnici, Marthese Portelli u Carm Mifsud Bonnici, u għan-naħa tal-Gvern minn Anthony Agius Decelis.
//= $special ?>