Lokali

Issa jmiss tinqala’ t-triq mar-roundabout ta’ Ħal Lija

Minn nhar il-Ġimgħa se jingħata bidu għal xogħol ta’ tħaffir minn ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Lija sa ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija. Din it-triq se jkunu magħluqa għat-traffiku, minħabba parti mill-proġett nazzjonali ta’ kontra l-għargħar.

Dalgħodu tħabbar li l-ħaddiema se jkunu qegħdin jaħdmu 24 siegħa kuljum għal erba’ ġimgħat sħaħ. Matul dawn il-ġimgħat se titħafer trinka twila 200 metru u fonda żewġ sulari.

Bħala parti mill-proġett tal-għargħar din il-parti se tkun magħquda minn ħdejn it-Tecno Park jibqa’ nieżel sa ħdejn il-bank ta’ Birkirkara, tgħaddi minn fejn id-dipartiment tal-VAT, Mater Dei u wara tiżbokka hekk kif tingħaqqad ma’ dik ta’ Ta’ Xbiex.