Internazzjonali

Jisħqu biex Ansar Al-Sharia jitniżżel fil-lista tat-terrur

Il-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) ntalab minn tlieta mill-membri permanenti tagħha – Franza, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti – biex iżid lil Ansar Al-Sharia fil-lista ta’ terrur tan-NU minħabba l-attivitajiet vjolenti tiegħu fil-Libja.

Il-grupp bażat fil-Libja diġa’ qiegħed fuq il-lista ta’ terrur tal-Istati Uniti għar-rwol tiegħu fl-attakk li wettaq fuq il-konsulat Amerikan f’Bengażi fl-2012. Dan l-attakk kien qatel lill-Ambaxxatur Chris Stevens u lil tliet diplomatiċi Amerikani oħra.

Fit-talba tagħhom lin-Nazzjonijiet Uniti, it-tliet pajjiżi saħqu li Ansar Al-Sharia f’Bengażi u f’Derna għandu jkun blacklisted, filwaqt li insistew li dan il-grupp kellu rabtiet ma’ al-Qaeda fil-Magreb Iżlamiku kif ukoll ma’ terroristi oħrajn.