Dawn it-tpinġijiet huma kollha tal-artist Franċiż C215 li għamel f’Malta waqt li kien għal vaganza ma’ bintu.
L-artist jagħmel diversi tpinġijiet fit-toroq f’ibliet madwar id-dinja u waqt li kien Malta pinġa f’diversi postijiet, fosthom fuq il-kaxex tal-posta.
C215 jitqabbel ħafna mal-artist ‘Bansky’. C215 pinġa fit-toroq ta’ Londra, Amsterdam, Barċelona, Ruma, Oslo, f’ibliet fl-Istati Uniti u issa f’Malta.
Iżda kif jiġri ħafna drabi, it-tpinġijiet fuq il-kaxex tal-posta qajmu kontroversja wara li l-Maltapost ħadet deċiżjoni li teqred dawn it-tpinġijiet bit-tema ta’ Caravaggio u tiksihom biż-żebgħa ħamra.
L-artist tkellem magħna dwar din i-kontroversja, esprima l-opinjoni tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Maltapost, dwar il-Kultura u l-Arti f’Malta u anke stqarr li se jerġa jiġi Malta. L-intervista se tiġi pubblikata għada fuq Maltarightnow.com
//= $special ?>

