Il-Prim Ministru Joseph Muscat deher maħsud imma wieġeb fin-neggattiv meta dan l-istazzjon staqsieh jekk hux vera li se jkun qed jagħmel reshuffle fil-kabinett tiegħu.
Waqt li kien dieħel għas-seduta tal-Parlament it-Tlieta, lill-Prim Ministru ppruvajna nagħmlulu l-mistoqsijiet tagħna imma għall-ewwel baqa’ għaddej.
Mistoqsi xorta waħda jikkonfermax ir-rapporti li se jagħmel reshuffle ieħor fil-Kabinett tiegħu, hu deher maħsud, waqaf u qalilna le qabel kompla sejjer.
Lejliet saqsejna wkoll lill-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi, li skont rapporti fil-media hu wieħed mir-raġunijiet għaliex allegatament se jsir dan ir-reshuffle.
Skont surveys li saru, Joe Mizzi tilef ħafna mill-appoġġ li akkwista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, speċjalment fid-dawl tal-falliment tiegħu fil-problema tat-traffiku.
//= $special ?>

