Internazzjonali

Kim Jong-un jimxi mingħajr bastun

Il-media tal-Korea ta’ Fuq ippubblikat ritratti tad-dittatur Kim Jong-un jimxi mingħajr bastun f’laqgħa mal-armata. Dan wara li kienet ħarġet spekulazzjoni dwar il-qagħda ta’ saħħtu.

Kim kien ilu ma jidher fil-pubbliku kważi sitt ġimgħat qabel ma deher f’avveniment fejn kien qed juża bastun f’Ottubru.

L-aġenzija sigrieta tal-Korea t’Isfel qalet li hu kien operat sabiex titneħħilu ċesta fl-għaksa.

L-aħħar ritratti, li ġew pubblikati fil-ġurnal Rodung Sinmun illum, juru lil Kim jiltaqa’ ma’ kmandanti militari.