Rapport ġdid mill-aġenzija Transparency International wera li l-akbar kumpaniji dinjija jagħtu ftit jew ma jagħtu ebda informazzjoni dwar il-ħidma tagħhom ’il barra mill-pajjiż. L-aktar kumpaniji li mhumiex trasparenti fl-operat tagħhom huma Ċiniżi.
Ir-rapport ‘Transparency in Corporate Reporting’ analizza 124 kumpanija mil-lista Forbes tal-akbar kumpaniji dinjija. Il-kumpaniji huma klassifikati skont il-miżuri li jieħdu kontra l-korruzzjoni kif ukoll tagħrif finanzjarju importanti dwar ħidmiet barra minn pajjiżhom.
Ħdax-il kumpanija Ċiniża ma wrewx jekk għandhomx miżuri kontra l-korruzzjoni. Kumpaniji Ċiniżi tfissru li x’aktarx ixaħħmu meta jiġu biex jinnegozjaw. Transparency International appellat liċ-Ċina biex tingħaqad f’konvenzjoni internazzjonali kontra l-korruzzjoni li tippreżenta livelli għall-gvern f’Beijing biex jinvestiga u jieħu azzjoni legali kontra kumpaniji li jxaħħmu gvernijiet barranin.
//= $special ?>