Ir-Repubblikani rebħu maġġoranza fis-Senat Amerikan hekk kif saru l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu – rizultat li qed jitqies bħala disfatta għall-Barack Obama u l-Partit Demokratiku. Issa r-Repubblikani għandhom kontroll kemm fil-Kungress u anke fis-Senat.
Fost l-Istati mirbuħa kien hemm West Virginia, Colorado, Iowa, North Carolina, u Arkansas.
Qed jingħad li wara dan ir-riżultat, Obama se jkollu idejh marbuta għas-sentejn li fadallu fil-Presidenza. Dan minħabba li se tkun ferm diffiċli għalih biex jagħddi liġijiet ġodda.
//= $special ?>

