Futbol Sport

Sospiżi sitta tal-BOV Premier

Guobadia u Grioli ta’ Balzan, Rodrigues Ledesma ta’ B’Kara, Brooke Farrugia ta’ Floriana, Levniac ta’ Qormi u Pisanu ta’ Sliema kienu s-sitt plejers tal-Premier li ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.

Il-President ta’ Qormi Redino Apap ukoll ġie sospiż żewġ partiti minn fuq il-bank.
Guobadia u Grioli se jitilfu l-konfront tas-Sibt kontra l-liders Hibernians waqt li Ledesma u Farrugia se jkunu nieqsa għall-konfront dirett bejniethom fil-logħba B’Kara v Floriana.
Pisanu ta’ Sliema se jitlef il-partita kontra Naxxar Lions u Levniac se jkun nieqes għal Qormi kontra Pietà.

Mill-Ewwel Diviżjoni l-kowċ ta’ Melita Neil Zarb Cousin u t-tim manager ta’ Gudja United Alan Mifsud kienu sospiżi żewġ partiti kull wieħed waqt li l-uniku plejer minn din id-diviżjoni sospiż logħba hu Raimi Bakare ta’ Żurrieq.

Il-kowċ ta’ Dingli Swallows fit-Tieni Diviżjoni, Roland Sollars ukoll ġie sospiż żewġ partiti u Emmanuel Cutajar ta’ Għaxaq u Samuel Buhagiar ta’ Zabbar St. Patrick ġew sospiżi tliet partiti kull wieħed. Plejers oħra minn din id-diviżjoni sospiżi logħba huma Christian Magro (Senglea), Kurt Pisani (Swieqi) u Josef Felice (Żejtun C).

Fit-Tielet Diviżjoni Mtarfa kellhom lil Luke Anthony Magri, sospiż sitt partiti, il-kowċ Haruna Doda tliet partiti u t-tim manager Bradley Borg żewġ partiti.