Lokali

Tibda d-diskussjoni dwar il-Liġi tal-Obeżita

Il-Parlament illejla beda jiddiskuti l-Liġi dwar l-Obeżita; liġi proposta mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u li għandha l-iskop li l-pajjiż ikollu strateġija tas-saħħa li permezz tagħhom tkun imnaqqsa l-problema tal-obeżita.

Din il-problema hi waħda li qed tikkaġuna diffikulatjiet kbar fis-saħħa tal-poplu u li l-gvern qed ikollu jwettaq investiment konttinwu biex tingħata l-kura meħtieġa.