Internazzjonali

Żgħażagħ jinqatlu minn bomba f’Donetsk

Żewġ żgħażagħ inqatlu u erbgħa oħra sfaw midruba meta bomba laqtet zona għal-logħob. Dan waqt li ż-żgħażagħ kienu qed jilgħabu l-futboll fil-Lvant tal-Ukrajna.

Il-bomba splodiet qrib l-ajruport ta’ Donetsk, eżattament fi skola li nbniet minn wieħed mill-aktar irġiel sinjuri fl-Ukrajna – il-biljunarju Rinat Akhmetov.

Akhmetov, il-kap tal-fond umanitarju, Rimma Fil, qal li t-tfal kienu qed jilgħabu l-futboll wara l-ikel meta l-bomba splodiet fil-grawnd. L-erba’ żgħażagħ midruba qed jingħataw kura immedjata.

L-attakk f’Donetsk seħħ hekk kif forzi Ukreni u separatisti favur l-unjoni mar-Russja akkużaw lil xulxin li ħarbtu l-ftehim għall-paċi.