Ajruplan tal-British Airways kellu jbiddel id-direzzjoni tiegħu u jmur lejn l-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma minflok ma jinżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Id-deċiżjoni kellha tittieħed b’emerġenza minħabba l-maltemp qawwi li bħalissa qed jolqot il-gżejjer Maltin.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-pilota u l-membri fil-gabina tal-kontroll għamlu tentattiv biex l-ajruplan jitniżżel fl-Ajruport Malti. L-informazzjoni li għandna tgħid li fit-tentattiv, instema’ ħoss ‘stramb’ ħiereġ mill-ajruplan qabel ma l-pilota ddeċieda li jbiddel id-direzzjoni għal Ruma.
Madankollu, minħabba li dan ma kienx possibbli, l-ajruplan ittieħed lejn Għawdex, b’diversi tentattivi biex jitniżżel xi mkien fil-gżira Għawdxija. Minħabba li dan ma kienx possibbli, l-ajruplan kellu jittieħed lejn l-Ajruport ta’ Fiumicino.
Wara li niżel fl-Ajruport ta’ Fiumicino, l-ajruplan mistenni jasal Malta għall-ħabta tal-10.30pm qabel ma jerġa’ jħalli pajjiżna għall-ħabta tal-11.30pm.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>