Il-prezzijiet taż-żejt komplew jonqsu drastikament wara li l-Arabja Sawdita raħset il-prezz taż-żejt mibjugh lill-Istati Uniti. Biex hekk il-prezz taż-żejt fuq is-suq internazzjonali issa hu ta’ 82 dollaru l-barmil – l-orhos f’dawn l-ahhar 4 snin.
Bl-izvilupp ekonomiku fiz-zona ewro staġnat u it-tkabbir ekonomiku Ċiniżi qed jitrażżan, kull tħassib dwar il-provista taż-żejt li seta’ kien hemm minħabba l-ġlied fl-Iraq u l-Libja majna.
F’Settembru, iż-żejt kien diġa niżel ghal anqas minn 100 dollaru u minn dak iż-żmien kompla jorħos.
It-tnaqqis fil-prezz ukoll wassal biex niżlu r-rati tal-ishma ta’ ditti tal-enerġija u dan irriżulta fi tnaqqis fit-tliet indiċi tal-ishma Amerikani.
//= $special ?>