Il-militar tal-Istati Uniti qal li wettaq attakki mill-ajru ġodda fis-Sirja, fejn il-mira, din id-darba, kienu militanti mal-grupp Khorasan li għandu r-rabtiet mal-moviment Al-Qaida.
Stqarrija qalet li l-qawwiet tal-ajru Amerikani laqtu diversi miri tal-grupp, fosthom bini u vetturi. L-offensiva, intant, ikkonċentrat fuq l-inħawi qrib il-belt ta’ Sarmada, fil-Majjistral tas-Sirja u li tmiss mal-fruntiera tat-Turkija.
Din hi t-tieni darba li l-qawwiet Amerikani attakkaw il-militanti tal-grupp Khorasan li huma akkużati li qed jippjanaw l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti u l-Ewropa.
//= $special ?>


