Sport Ieħor

Claudio Cassar onorat mill-Juventus Club Cuore Bianconero

Iċ-champion tad-dinja tal-Blackball, magħrufa wkoll bħala 8 Ball, it-Tlieta li għadda kien onorat mill-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel.

Cassar, li hu Juventin, ingħata membership tal-klabb kif ukoll numru ta’ oġġetti oħra uffiċjali tal-Juventus bħala rikonoxximent tal-unur li għamel lil pajjiżna.