EURO 2016: Il-winger ta’ Real Madrid Gareth Bale se jkun fl-iskwadra li fis-16 ta’ Novembru se tilgħab kontra l-Belġju. Matul l-aħħar ġimgħat kien hemm dubji kbar dawr jekk l-eks plejer ta’ Tottenham kien se jilħaq jirkupra minn injury li kellu. Nhar it-Tlieta li għadda Bale daħal bħala sostitut kontra Liverpool fiċ-Champions League imma qabel din il-logħba kien ilu sa minn Ottubru ma jilgħab. Dakinhar Wales kienu għelbu lil Ċipru 2-1. Żewġ plejers li se jkunu qed jirritornaw fit-tim huma Aaron Ramsey u Joe Allen hekk kif dawn irkupraw minn injuries. Ramsey u Allen ma lagħbux kontra l-Bożnija u Ċipru fl-aħħar żewġ partiti tat-tim nazzjonali imma matul il-ġimgħa dawn it-tnejn lagħbu fiċ-Champions League kontra Real Madrid u Anderlecht rispettivament. Plejers li kienu tilfu l-partiti kontra l-Bożina u Ċipru u li issa se jkunu disponibbli huma d-difensur ta’ West Ham James Collins u d-difensur ta’ Celtic Adam Matthews.
Għal kontra l-Belġju Wales se jkollhom jgħaddu mingħajr il-midfielder ta’ Leicester Andy King li hu sospiż, l-attakkant ta’ Reading Simon Church li hu imweġġa’ u l-midfielder ta’ Wolves Dave Edwards.
Bħalissa t-tim ta’ Chris Coleman qegħdin fl-ewwel post tal-grupp.
//= $special ?>

