Sid ta’ razzett illum qam sorpriż, hekk kif sab li għall-ħabta tal-5.30am twieldet Alpaca bl-isem ta’ Perlina. L-Alpaca hi speċi domestika li toriġina mill-Amerka ta’ Isfel u tinstab l-aktar fil-Peru. Madankollu, dawn l-annimali nġiebu wkoll fl-Ewropa u uħud minnhom jinsabu wkoll f’Malta.
MaltaRightNow.com żar ir-razzett ta’ Anton Cutajar u tkellem miegħu dwar dak li seħħ dalgħodu. Ir-razzett ta’ Cutajar hu propjetà privata b’ġonna kbar imdawwra b’annimali ta’ kull xorta u lwien, fosthom emu, zebras, kangaroos, ċriev, xadini, ħmir, żwiemel u saħansitra żewġ tigri.
Segwi l-istorja kollha dwar it-twelid ta’ “Perlina” fil-filmat t’hawn fuq.