Id-drummer tal-grupp leġġendarju AC/DC, Phil Rudd, tressaq quddiem qorti fi New Zealand akkużat li qabbad raġel biex joqtol żewġ persuni.
Hu kien arrestat wara rejd fir-residenza lussuża tiegħu f’Tauranga f’North Island, New Zealand.
Rudd, li għandu 60 sena, issa qed jissogra piena ta’ madwar 17-il sena ħabs jekk jinstab ħati tal-akkużi mressqa kontrih.
Il-grupp bħalissa għaddej minn perjodu ħażin. F’Settembru kien tħabbar li Malcolm Young, wieħed mill-membri fundaturi tal-grupp, irtira minn mal-grupp AC/DC wara li kellu jidħol f’dar apposta għall-kura minħabba d-dimenzja.
//= $special ?>