Rob O’Neill kien identifikat bħala l-membru tat-taqsima speċjali Amerikana tan-Navy, it-Team SEAL 6, li spara t-tiri li qatlu lil Osama bin Laden f’rejd li sar fil-Pakistan fl-2011.
Hu O’Neill stess kixef l-identita tiegħu f’intervista li se tixxandar il-Ħamis filgħaxija fuq stazzjon Amerikan.
O’Neill għandu 38 sena u kien ilu 16-il sena mas-SEAL sakemm telaq ftit wara l-qtil ta’ bin Laden.
Hu deċieda li jikxef dak li għamel għaliex irrabjat li naqsulu mill-benefiċji tas-servizz militari għaliex suppost serva 20 sena.
//= $special ?>