Lokali Parlament

“Il-Farell” jirritorna fil-Parlament wara li rebaħ is-siġġu battal minn Karmenu Vella

Joe Farrugia, magħruf bħala “il-Farell” reġa’ spiċċa fil-Parlament wara li rebaħ l-elezzjoni każwali li mela l-post battal ta’ Karmenu Vella fil-Parlament. Farrugia kien serva fil-leġislatura ta’ Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998, taħt it-tmexxija ta’ Alfred Sant, u minn dakinhar qatt ma reġa’ rnexxielu jiġi elett.

Fl-aħħar mumenti tal-elezzjoni każwali, li saret dalgħodu fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, it-tellieqa finali kienet bejn “il-Farell” u l-eks Deputat Laburista Anthony Zammit, tant li Farrugia rebaħ b’distakk żgħir ta’ 86 vot.

Minbarra Farrugia u Zammit, ikkontestaw ukoll għall-elezzjoni każwali Robert Henry Bugeja, Mario Calleja u Edric Micallef.