Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 6 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON b’aħbar esklussiva dwar il-miljuni kbar ta’ ewro li intilfu minn Maltin li għażlu li jinvestu ma’ Crystal Finance – il-kumpanija tal-eks Chairman tas-Super One Alfred Mifsud.
THE TIMES tgħid illi l-oġġezzjonijiet tal-kaċċaturi kontra r-referendum m’għandhomx bażi legali.
L-ORIZZONT jirrapporta kif fl-2015 mistennija jaslu 200,000 passiġġier bil-Costa Cruises.
THE MALTA INDEPENDENT jiffoka fuq il-każ tal-bomba fiż-Żurrieq, fejn jgħid li l-esperti imqabbda mill-Pulizija qed jaraw kif saret din il-bomba – speċjalment issa li f’pajjiżna ftit fadal esperti ta’ dan it-tip ta’ splussiv wara li kien inqatel Pietru Cassar.
//= $special ?>
