Ewropa Internazzjonali

Inkwiet dwar il-maltemp f’Ruma

L-awtoritajiet f’Ruma u diversi reġjuni tal-Italja wissew għall-kawtela, fost stat ta’ alert għoli dovut għall-maltemp li fl-aħħar jiem assedja lin-naħat ta’ fuq tal-pajjiż. Il-maltemp, fl-aħħar sigħat, kien anki qed iqarreb ir-reġjuni tan-Nofsinar tal-Italja.

L-allert għal Ruma mifhum li m’għandux preċedent, meta ħarġet twissija biex ir-residenti ma’ jużawx il-vetturi tagħhom. L-elementi tal-maltemp wasslu wkoll biex l-iskejjel ma’ jiftħux f’Ruma u d-diversi nħawi ta’ Sqallija. Intant, rapporti mill-belt ta’ Acireale, fi Sqallija, rreferew għal tromba tal-arja li kkaġunat il-ħsarat f’diversi bini.

Fl-istess ħin, ir-reġjun ta’ Toscana intlaqat mill-għargħar wara xita qawwija, b’numru ta’ nies ikunu evakwati miz-zoni ta’ periklu.