Internazzjonali Kurżitajiet

Innotajtu bidla fil-Whatsapp?

L-applikazzjoni li tintuża minn diversi smartphones għall-messaġġi minn persuna għal oħra – il-famuża Whatsapp – issa qed taħdem b’biddla li forsi ftit innutaw. Fil-fatt, minn din il-ġimgħa s-sistema tal-Whatsapp bdiet timmarka il-messaġġi billi tittikjom b’kulur differenti.

Sa ftit tal-ġranet ilu, kienu jidhru żewġ sinjali griżi li jkunu qed jindikaw illi l-messaġġ telaq mill-mobile li jkun kitbu, u wasal fil-mobile li għandu jirċievi l-messaġġ. Iżda dan mhux neċessarjament kien ifisser li l-messaġġ inqara.

Issa Whatsapp żviluppaw sistema fejn il-marki maġenb il-messaġġ qed jinbidlu għall-kulur blu, eżatt malli l-messaġġ mibgħut ikun inqara.

Dan żgur li se jtaffi ftit mill-frustrazzjoni tan-nies li jkunu jridu jassiguraw li l-messaġġ tagħhom fuq Whatsapp inqara.