Mara fil-Paragwaj, akkużata bħala saħħara, messha destin mill-aktar kiefer, meta grupp ta’ rġiel rabtuha u sparaw il-vleġġeġ għal ġo ġisimha qabel ħarquha ħajja.
L-atroċita seħħet fil-villaġġ ta’ Tahehyi, lejn it-Tramuntana tal-kapitali, Asuncion, bil-mara maqtula tkun identifikata bħala Adolfina Ocampas; membru tal-grupp indiġenu etniku Mbya Guarani.
Kien proprju l-kap tal-komunita li kkundannaha għall-mewt ‘bħala saħħara’, b’disa rġiel mill-villaġġ ta’ Tahehyi qed ikunu akkużati b’omiċidju wara li ammettew rigward il-qtil ta’ Ocampas.
L-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti tikkalkula li, kull sena, eluf ta’ nies madwar id-dinja jispiċċaw akkużati bħala sħaħar jew b’li qed jipprattikaw il-maġija s-sewda. Dawn in-nies kemm il-darba jispiċċaw abbużati jew imkeċċijin minn familthom u l-komunitajiet fejn jgħixu – waqt li hemm ukoll il-każi fejn jisfaw maqtula.
//= $special ?>
