Aġġornata b’filmat
Id-differenza bejn il-Gvern Laburista u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hi ċara: filwaqt li għandna Gvern li rema għal kollox il-prinċipji tat-trasparenza u l-onestà, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hi oppożizzjoni li trid tibni l-politika fuq l-onestà u l-verità. Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta lbieraħ filgħaxija kien qed jiġi intervistat mill-preżentatur Reno Bugeja waqt il-programm Dissett.
Simon Busuttil rabat l-impenn tal-PN li jibni politika mibnija fuq l-onestà mal-iżviluppi fl-aħħar ġimgħat u xhur fejn il-Gvern naqas milli jkun onest u trasparenti, fosthom il-gidba tal-Prim Ministru li jirriżenja jekk il-Power Station ma titlestiex fil-ħin.
Simon Busuttil ikkritika lill-Gvern li jirrikorri għal tfigħ ta’ tajn meta jsib dahru mal-ħajt, kif għamel fil-każ tad-Deputat George Pullicino għax irrealizza li mhux se jilħaq ilesti l-Power Station sa erba’ xhur oħra. Każ ieħor li fih il-Gvern irrikorra għat-tfigħ tat-tajn jirrigwardja l-qasam tas-saħħa, fejn minflok ammetta li falla f’dan il-qasam, il-Gvern dawwar il-kritika tiegħu fuq kolonna fl-Isptar.
Ara l-filmat t’hawn fuq b’aktar dettalji u bil-kummenti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil
//= $special ?>