Fis-sigħat li ġejjin pajjiżna mistenni jintlaqat minn maltempata qawwija li skont is-sit maltaweathersite.com se tkun karatterizzata minn riħ qawwi, trombi tar-riħ kif ukoll silġ qawwi.
L-istess sit irraporta li fuq pajjiżna qed jifforma ċiklun ta’ arja forma ta’ V li riesaq direttament lejn Malta. Dan wara li laqat lill-Italja u wassal biex ħareġ l-agħar stat ta’ allert fiż-żona ta’ Ruma.
In-nies fil-kapitali taljana kienu mwissija biex ma joħorġux minn djarhom waqt li baqgħu magħluqin numru ta’ skejjel.
Fi Sqallija wkoll l-iskejjel ma fetħux waqt li tromba tar-riħ ikkawżat ħsarat f’numru ta’ djar f’Acireale. Fis-sigħat ta’ qabel kienu evakwati numru ta’ persuni minn territorji qrib il-kosta f’Toscana fejn ix-xmara faqgħet l-art kaġun tax-xita qalila li niżlet.
Fl-aħħar ħinijiet l-agħar milqut mill-maltemp kien Għawdex bir-riħ li tqawwa sew. Wieħed mir-ritratti li rċieva MaltaRightNow.com juri membrane/i> sħiħ ta’ residenza f’Ta’ Sannat li nqala’ minn postu u spiċċa f’nofs it-triq.
Għall-aħħar sigħat pajjiżna qed jintlaqat minn maltempata qawwija. MaltaRightNow.com jinsab infurmat li kawża ta’ dan il-maltemp, fil-gżira Għawdxija kien hemm numru ta’ siġar li tqaċċtu.
Hu mifhum li dan il-maltemp miexi bil-mod lejn Malta wkoll.
Għaldaqstant, qed ikun issuġġerit biex kemm jista’ jkun jiġu evitati ċerti toroq u żoni li normalment huma magħrufa li jintlaqtu l-aktar mill-ilmijiet meta jkun hemm il-maltemp.
Għandek xi ritratti tal-maltemp tal-lum? Ibgħathom email lil editor@maltarightnow.com.
//= $special ?>