Raġel li jagħmel użu mid-droga kokaina u li offra mus lil sieħbu biex jagħtih id-droga, spiċa biex xejjer bil-mus, minħabba li dan ma’ qabilx ma din il-proposta. Dan kollu seħħ ftit metri l-bogħod mill-Għassa tal-Pulizija. Dan it-tagħrif ħareġ waqt il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kontra Julian Cuschieri “Il-Ġillu”, u li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ sieħbu Stefano Caruana permezz ta’ mus, liema daqqa spiċċat viċin il-qalb, wara argument li qam bejniethom meta kienu qegħdin jabbużaw flimkien mid-droga kokaina.
Meta kien jixhed, is-Surġent Arthur Rizzo dan qal li l-inċident seħħ fil-21 ta’ Ottubru u dan għall-ħabta ta’ nofs il-lejl meta l-vittma qala’ daqqa ta’ mus meta l-abbuż mid-droga kien qed isir f’dar li tinsab fi il-Triq l-Inkurunazzjoni in Cospicua, li hija ta’ ċertu Angus Vella.
Is-Surġent spjega li dak il-ħin il-Pulizija, stazzjonati l-Għassa ta’ Bormla, semgħu lill-vittma u lit-tfajla tiegħu jgħajjtu u jgħidu li Caruana kien ġie aggredit mill-akkużat, u li din spiċċa l-isptar, bi ġrieħi gravi.
“Meta tkellimt ma’ Caruana, l-isptar huwa qalli li dak inhar, hu u l-akkużat Cuschieri kienu qegħdin jabbużaw mill-kokaina. Qalli li Cuschieri ried id-drogi bi tpartit ma’ mus, u meta huwa rrifjuta, l-akkużat qabżitlu u tah daqqa ta’ mus f’sidru.
Il-Kuntistabbli John Paul Young ikkorabora, ix-xhieda ta’ Cuschieri, fejn qal li kemm l-akkużat kif ukoll il-vittma huma magħrufin sew mal-Pulizija. Qal li l-akkużat kien deher jippassiġġa fit-triq, meta l-vittma kien ittieħed l-isptar.
Ingħad ukoll li l-Pulizija baqgħu ma sabux il-mus li ntuża fir-reat. Minkejja t-tfittxija lin saret, san ma sewa’ għal xejn. Sadanittant il-kundizzjoni tal-vittma tjiebet minn dak inhar ‘l hawn, u bħalissa huwa jinsab għaddej proċeduri fuq pusses ta’ kokaina.
L-Avukat Christopher Chircop qed jidher għall-akkużat bħala avukat tal-għajnuna legali, filwaqt li l-Ispettur Josric Mifsud qed imexxi l-Prosekuzzjoni. Il-każ se jkompli fis-17 ta’ Novembru li ġej.
//= $special ?>