Il-Qorti ordnat lill-awtoritajiet biex jeżaminaw anzjan li allegatament hedded li permezz ta’ ċilindru tal-gass lil-ġirien tiegħu, biex jiġi determinat jekk huwiex kapaċi biżżejjed li jibqa’ jgħix waħdu, nkella jekk hemmx il-ħtieġa biex jiddaħħal f’dar tal-anzjani fejn hemm jista’ jingħata l-kura u jiġi monitorat ta’ spiss.
L-anzjan ta’ 74 sena, repetutament qal lil-Maġistrat Ian Farrugia li ried li jibqa’ d-dar u li meta kkummenta li kien se “jtajjar kull ma hemm” b’ċilndru tal-gass kien qed jiblaffja. Huwa talab bil-ħniena lill-Maġistrat biex jaħfirlu għal dak kollu li qal u tenna li l-Qorti ma tistax tibgħatu f’dar tal-anzjani kontra l-volonta’ tiegħu.
“Int u jien nafu x’inhu l-aħjar għalik u dan huwa li tmur f’Dar tal-Anzjani fejn hemmhekk jistgħu jieħdu ħsiebek, u fejn tista’ ssib l-ikel lest. Kif tista’ tmur id-dar? Biex tgħix waħdek?”, qallu l-Maġistrat.
L-anzjan wieġeb. “Ma rridx immur. Jiddispjaċini. Ħallini biss immur fid-dar fejn għext għal kważi 41 sena. Diġa mort fi tliet djar tal-anzjani, li tinkludi “St Vincent de Paul”, imma ma nistax ngħix hemm, u għalhekk tlaqt.”
Meta mistoqsi mill-Maġsistrat jekk huwiex miżżewweġ, huwa wieġeb. “Alla ħares…kieku kont noqtolha fl-ewwel lejl.” Dak il-ħin in-nies preżenti fl-awla infaqgħu jidqu, bil-Maġistrat bil-mod u l-istil tiegħu ta’ paċenzja liema bħala jipprova jispjega u jikkonvinċi lil anzjan li għandu bżonn l-għajnuna.
Il-Maġistrat Farrugia qal li l-Qorti kienet qiegħda tagħmel l-aħjar kollu possibbli biex tinstab soluzzjoni għal problema iżda l-awtoritajiet infurmaw lill-Qorti li ma hemm l-ebda raġuni partikolari li l-anzjan għandu jintbagħat f’Dar tal-Anzjani u sptar psikjatriku.
Ir-raġel deher fil-Qorti b’idu nfaxxata minħabba li kien waqa’ t-taraġ tal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan. Huwa qal lill-Maġistrat li kien mar il-Qorti permezz ta’ taxi. Huwa qed jiġi mixli li repetutament hedded lill-ġirien li kien se jispoldihom, u li sfurzahom jitilqu minn darhom b’tifel żgħir.
Il-Maġistrat ħalla l-każ għal Jannar li ġej fejn qal li huwa jistenna li l-awtoritajiet jieħdu kont tas-sitwazzjoni, bi kważi urġenza. Il-Qorti qalet li hioja temmen li għandu jkun hemm intervent immedjat minn naħa tad-Dipartiment tal-Anzjani u l-awtoritajiet kollha kkonċernati.
Dawn għandhom jirrevedu l-pożiozzjoni ta’qabel fuq l-anzjan ta’ 74 sena, li għandu bżonn l-attenzjoni u l-għajnuna. Dawn m’għandhomx jiffokaw biss fuq dak li jrid hu, iżda li jaraw l-aħjar interessi tiegħu u li jgħixu madwaru, temm jgħid il-Maġistrat f’digriet li huwa ta.
//= $special ?>